Sider tat-tiġieġ bil-cornflakes
by
F Living
F Living
Prep 15min
Cook 20-25min
Serves 4-6
List of Ingredients
400g sider tat-tiġieġ
2 imgħaref dqiq
150g greek jogurt
Bajda
2 sinniet tewm
3 Kuċċarini (italian herbs)
Kuċċarina bżar
1/2 kuċċarina melħ
100g corn flakes
50g ġobon maħkuk
Instructions
1
Saħħan il-forn għal 200°C.
2
Aqta’ s-sider tat-tiġieġ f’biċċiet u ħawwar bil-melħ u l-bżar. Imbagħad għaddihom fid-dqiq.
3
F’skutella, ħallat il-jogurt Grieg, il-bajda, t-tewm mgħaffeġ, il-ħwawar u l-bżar u l-melħ.
4
F’skutella, ħallat il-jogurt Grieg, il-bajda, t-tewm mgħaffeġ, il-ħwawar u l-bżar u l-melħ.
5
Għaddi t-tiġieġ fit-taħlita tal-jogurt.
6
Farrak il-cornflakes mal-ġobon Pecorino u l-ħwawar
7
Iksi kull biċċa tat-tiġieġ bil-cornflakes u poġġihom fuq trej tal-forn miksija b’karta tal-ħami.
8
Aħmihom għal 20–25 minuta, jew sakemm isiru dehbin u msajrin sew. Għall-aħħar 2–3 minuti, tista’ tixgħel il-grill sabiex isiru aktar iqarmċu
Similar Recipes
You Might Also Love
Explore Our Complete Collection of Delicious Recipes!
View lunch recipes