Moussaka
by
F Living
F Living
Prep 20min
Cook 40min
Serves 6
List of Ingredients
500–600g kapuljat taċ-ċanga
Basla, imqattgħa rqiqa
2–3 sinniet tewm, imqattgħin
Nofs tazza nbid aħmar
1–2 imgħaref kunserva
Bott tadam
Werqa randa
Ftit tursin imqatta’
Melħ u bżar għat-togħma
2–3 brunġiel
3–4 patatiet
Rikotta
Mozzarella maħkuka fior di vita
Instructions
1
Saħħan il-forn għal 190°C, Qatta’ 2 jew 3 brunġiel fi flieli u 3 jew 4 patatiet fi flieli rqaq. Sajjarhom ftit minn qabel sakemm jibdew jirtabu.
2
F’taġen, sajjar basla mqattgħa u 3 sinniet tewm. Żid madwar 500–600g kapuljat taċ-ċanga u sajjar sakemm jieħu kulur.
3
Żid nofs tazza nbid aħmar, mgħarfa kunserva, bott tadam, werqa randa, ftit tursin, melħ u bżar. Ħalli kollox itektek għal madwar 20–25 minuta.
4
F’dixx tal-forn, poġġi saff patata, saff brunġiel u mbagħad saff mil-laħam biz-zalza. Fuq nett poġġi béchamel jew rikotta, u għatti bil-mozzarella maħkuka.
5
Aħmi għal madwar 40 minuta, sakemm il-wiċċ ikun dehbi. Wara li toħroġha mill-forn, ħalliha toqgħod għal 15 il minuta qabel isservi.
Similar Recipes
You Might Also Love
Ross il-Forn tat-Tiġieġ
by
Jon Camilleri
Jon Camilleri
Prep 15min|Cook 30min
Beef & Ricotta Stuffed Bell Peppers
by
Nakita Attard Vassallo
Prep 35min|Cook 35min
Chicken & Potato Gnocchi Bake
by
Nakita Attard Vassallo
Prep 15min|Cook 55min
Explore Our Complete Collection of Delicious Recipes!
View lunch recipes